diff --git a/test/mt/iso-8859-3.txt b/test/mt/iso-8859-3.txt index 255269b..d98884a 100644 --- a/test/mt/iso-8859-3.txt +++ b/test/mt/iso-8859-3.txt @@ -1,4 +1 @@ -Franza (Franċiż:France), uffiċjalment ir-Repubblika Franċiża (Franċiż: -République française), hi pajjiż fl-Ewropa tal-Punent. Il-belt belt kapitali -tagħha hi Pariġi. Hi membru tal-Unjoni Ewropea. Franza hi maqsuma f'22 régions -li huma suddiviżi f' départements. +Il-Malti huwa l-ilsien nazzjonali tar-Repubblika ta' Malta. Huwa l-ilsien uffiċjali flimkien mal-Ingliż; kif ukoll wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-ilsien għandu sisien u għerq semitiku, ta' djalett Għarbi li ġej mit-Tramuntana tal-Afrika, għalħekk qatt ma kellu rabta mill-qrib mal-Għarbi Klassiku. Iżda tul iż-żminijiet, minħabba proċess tal-Latinizzazzjoni ta' Malta, bdew deħlin bosta elementi lingwistiċi mill-Isqalli, djalett ta' art li wkoll għaddiet minn żmien ta' ħakma Għarbija. Wara l-Isqalli beda dieħel ukoll it-Taljan, fuq kollox fiż-żmien tad-daħla tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann sa meta l-Ingliż ħa post it-Taljan bħala l-ilsien uffiċjali fil-Kostituzzjoni Kolonjali tal-1934. Il-Malti huwa l-ilsien waħdieni ta' għajn semitika li jinkiteb b'ittri Latini. L-alfabett Malti magħmul minn 30 ittra (24 konsonanti u 6 vokali) li jidhru f'din l-ordni: